Wednesday, August 13, 2025

Waterpolo: San Ġiljan fil-finali tan-Knock-Out iżda kellhom jitħabtu

Aqra wkoll

San Ġiljan……….10

Sirens………………9

(2-2, 4-2, 3-3, 1-2)

Wara li fil-kwarti tal-finali, San Ġiljan kellhom jitħabtu biex għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 16-14, fis-semi-finali huma reġa’ kellhom jagħmlu l-istess biex din id-darba jegħlbu lil Sirens bl-iskor strett ta’ 10-9.

B’hekk fil-finali issa se jkunu qed jaffrontaw lil Neptunes li fis-semi-finali l-oħra għelbu lil Exiles bl-iskor ta’, biex b’hekk se jkollna ripetizzjoni tal-finali tal-Kampjonat Premier.

Għall-Ġiljanizi, Aaron Younger, Nikolai Zammit, Jeremy Abela u Nico Schiavone rreġistraw doppjetta personali, waqt li għal Sirens l-aqwa skorer kien Isaiah riolo, li rreġistra hat-trick personali.

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tuly, R. Caruana, A. Younger 2, M. Zammit 1, J. Bonavia, B. Plumpton 1, J. Abela 2, N. Zammit 2, D. Zammit, N. Schiavone 2, Z. Attard, G. Bonavia.

Sirens: J. Parnis, P. Serracino, N. Bicari 2, P. Borg 1, J. Cachia , K. Agius 1, M. Ortoleva, I. Riolo 3, J. Zerafa Gregory , M. Sciberras 2, Z. Mizzi, G. Farrugia , M. Bonello Dupius, G. Pace.

Referees: L. Iacovelli, A. De Raffaele

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport