Minn Cristian Muscat
Exiles………………7
San Ġiljan………14
(0-4, 2-4, 2-2, 3-4)
San Ġiljan għelbu lil Exiles bl-iskor ta’ 14-7 hekk kif aċċertaw mir-rebħa sal-mistrieħ meta kienu qed igawdu vantaġġ ta’ 8-2.
Għalihom spikka ferm il-player żagħżugħ, Nikolai Zammit, li rreġistra xejn inqas minn sitt goals – kważi nofs il-goals kollha tal-Ġiljaniżi, biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa. Dan filwaqt li għal Exiles, l-aqwa skorer kien Max Aquilina li rreġistra hat-trick personali.
San Ġiljan ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta’ 4-0, bil-goals jaslu minn Andreas Galea (2), bit-tieni goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Jake Bajada, Peter Borg u l-captain Matthew Zammit.
Il-Giljaniżi komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni 4-2, bl-iskorers għalihom ikunu Nikolai Zammit, Mattias Ortoleva, Matthew Zammit minn man-up wara li tkeċċa Timmy Sullivan u Andreas Galea minn penalty. Jake Bajada u Mark Fenech wieġbu għal Exiles.
Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, San Ġiljan naqqsu ftit mir-rendiment tagħhom fit-tielet sessjoni u fil-fatt ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2. Kien Nikolai Zammit li skorja minn doppjetta filwaqt li Mark Fenech minn penalty u Max Aquilina rrispondew għal Exiles.
San Ġiljan rebħu r-raba’ sessjoni bl-iskor strett ta’ 4-3 hekk kif irriżultat f’waħda bilanċjata. Hat-trick ta’ Nikolai Zammit, bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty, u ż-żagħżugħ Russell Caruana skorjaw għailhom filwaqt li Max Aqulina (2) u Jake Bajada minn man-up wara li tkeċċa Nicholas Bugelli, skorjaw għal Exiles.
Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba, 3-Luke Gialanze, 4-Philip Paris, 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (2), 8-Kurt Griscti, 9-Niki Paris, 10-Jake Bajada (2), 11-Max Aquilina (3), 12-David Fenech, 13-Gianluca Borg, 14-Matteo Martellacci, 15-Liam Pursehouse Coach: Aurelien Cousin
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg (1), 3-Andreas Galea (3), 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana (1), 6-Matthew Zammit (2), 7-Lee Brownrigg, 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia, 10-Nikolai Zammit (6), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli, 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (1), 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic
Referees: Antonio Torneo, Massimo Angileri