Monday, November 11, 2024

Waterpolo: San Ġiljan jikkonvinċu u jegħlbu lil Sirens

Aqra wkoll

San Ġiljan………………18

Sirens……………………11

(4-1, 6-2, 3-3, 5-5)

San Ġiljan ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor ta’ 18-11.

Il-Ġiljaniżi għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals jaslu minn Darren Zammit minn man-up wara li tkeċċa Ken Erdogan, Ben Plumpton ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Pietro Figloli, Maro Jokovic u Nikolai Zammit minn player aktar wara li tkeċċa Gabriel Sammut. Gianni Farrugia minn man-up wera li tkeċċa Ben Plumpton skorja l-uniku goal għal Sirens.

Fit-tieni sessjoni, San Ġiljan ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Aaron Younger (2) bl-ewwel goal  jasal minn penalty, Maro Jokovic (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Matthias Azzopardi, Ben Plumpton u Jake Bonavia. Matthias Azzopardi u Jerome Zerafa Gregory minn man-up wara li tkeċċa Darren Zammit skorja għal Sirens.

Sirens wettqu reazzjoni tajba fit-tielet sessjoni u żammew lil San Ġiljan fi draw ta’ 3-3, bl-iskorers ikunu Ken Erdogan, Pietro Figlioli u Gianni Farrugia minn man-up wara li tkeċċa Andreas Galea. Il-captain Matthew Zammit irreġistra  hat-trick personali għall-Ġiljaniżi bit-tieni goal jasal minn penalty.

L-aħħar sessjoni pproduċiet xejn inqas minn 10 goals, hekk kif din intemmet fi draw ta’ 5-5, bil-goals għas-Saints jaslu minn Ben Plumpton minn man-up wara li tkeċċa Matthias Pasztor, Jake Bonavia u Nikolai Zammit (2) minn man-up, l-ewwel wara li tkeċċa Gabriel Melillo u mbagħad meta tkeċċa Matthew Sciberras, u Matthew Zammit.

Matthias Azzaaprdi, Matthew Sciberras minn penalty, Gianni Farrugia minn man-up wara li tkeċċa Darren Zammit, Jerome Zerafa Gregory wkoll minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton, u Gabriel Melillo wkoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Kelvin Calleja wieġbu għal Sirens.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Kelvin Calleja 3-Andreas Galea, 4-Ben Plumpton (3), 5-Maro Jokovic (3), 6-Matthew Zammit (4), 7-Jake Bonavia (2), 8-Aaron Younger (2), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (3), 11-Darren Zammit (1), 12-Russell Caruana, 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan (1), 4-Pietro Figlioli (1), 5-Jerome Zerafa Gregory (2), 6-Gianni Farrugia (3), 7-Matthew Chircop, 8-Gabriel Melillo (1), 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor, 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi (2), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cachia, 15-Gabriel Sammut Coach: Marko Orlovic

Referees: Attilio Paoletti, Peter Balzan

Sport