Saturday, November 23, 2024

Waterpolo: San Ġiljan jirritornaw għar-rebħ bil-kbir

Aqra wkoll

San Ġiljan………………..21

Marsaskala………………11

(4-2, 4-2, 6-3, 7-4)

Wara d-draw ta’ 12-12 kontra Neptunes, San Ġiljan, irritornaw għar-rebħ bil-kbir meta għamlu dan bl-iskor ta’ 21-11 kontra Marsaskala.

Il-Ġiljaniżi rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals għalihom jaslu minn Nikolai Zammit minn penalty, Andreas Galea minn man-up wara li tkeċċa Edoardo Manzi u Maro Jokovic (2). Edoardo Manzi rreġistra doppjetta personali għall-Iskalin.

Fit-tieni sessjoni, San Ġiljan ittrjionfaw bl-istess skor li bih rebħu l-ewwel sessjoni jiġifieri dak ta’ 4-2, bl-iskorers għalihom ikunu Russell Caruana, Andreas Galea, Nikolai Zammit u Aaron Younger. Edoardo Manzi reġa’ skorja żewġ goals oħra għal Marsaskala.

Is-Saints rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bl-awturi tal-goals  ikunu Jeremy Abela, Nikolai Zammit minn penalty, Nicholas Bugelli, Ben Plumpton u l-captain Matthew Zammit (2). Is-solitu Edaordo Manzi (3) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, wieġeb għal Marsaskala.

San Ġiljan għamlu l-‘en plain’ meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 7-4, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Nikolai Zammit minn penalty, Aaron Younger (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Daniel Tully, Nikolai Zammit (2) bit-tieni goal  jasal minn penalty, Ben Plumpton u Andreas Galea. Jake Ciantar, Gianluca Galea u Edoardo Manzi wieġbu għall-Iskalin.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (1), 3-Andreas Galea (3), 4-Ben Plumpton (2), 5-Maro Jokovic (2), 6-Matthew Zammit (2), 7-Jake Bonavia, 8-Aaron Younger (3), 9-Jeremy Abela (1), 10-Nikolai Zammit (6), 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana (1), 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Kelvin Calleja Coach: Zeljko Kovacic

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea (1), 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco, 6-Edaordo Manzi (8), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (1), 12-Mark Carani, 13-Aidan Muscat, 14-Tamas Sedlmayermi, 15-Jamie Pace Mizzi Coach: Arpad Babay

Referees: Alex De Raffaele, Michele Alessandroni

Sport