San Ġiljan……………8
Sirens………………….6
(0-2, 3-3, 3-1, 2-0)
San Ġiljan kellhom jitħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor ta’ 8-6. Hawnhekk ta’ min ifaħħar il-wirja tat-team minn San Pawl il-Baħar immexxija mill-coach Marko Orlovic li kellhom partita ferm pożittiva u ħabbtu bis-sħiħ lill-Ġiljaniżi matul il-partita kollha.
Wieħed ma jistax isemmi l-fatt li stenna iktar mill-Ġiljaniżi hekk kif id-differenza bejn iż-żewġ timijiet hija waħda evidenti, bit-tragwardi taż-żewġ timijiet ikunu diversi, fejn l-għan ewlieni ta’ San Ġiljan, m’hemmx dubju li huwa dak li jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat.
Għall-Ġiljaniżi spikka Ben Plumpton li rreġistra doppjetta personali, waqt li għal Sirens l-aqwa skorer kien Matthew Sciberras li rnexxielu wkoll jiskorja żewġ goals.
Sirens ħasdu lis-Saints meta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Jerome Zerafa Gregory u Matthew Sciberras minn penalty.
It-tieni sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals għal Sirens jaslu minn Matthew Sciberras, Matthias Azzopardi u Paul Serracino. Dan filwaqt li l-captain Matthew Zammit, Daniel Tully u Nikolai Zammit minn penalty wieġbu għall-Ġiljaniżi.
Kienet meħtieġa reazzjoni mmedjata minn San Ġiljan u hekk ġara fit-tielet sessjoni meta huma ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 biex għamlu l-iskor parzjali ta’ 6-6, bl-iskorers ikunu Ben Plumpton, Peter Borg u Andreas Galea. Ken Erdogan skorja l-goal uniku għat-team minn San Pawl il-Baħar.
Kollox kellu jigi deċiż fir-raba’ sessjoni b’San Ġiljan ikunu huma li jerġgħu joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom minn Ben Plumpton u Jake Bonavia minn man-up wara li tkeċċa Matthias Azzopardi.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg (1), 3-Andreas Galea (1), 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton (2), 8-Daniel Tully (1), 9-Jake Bonavia (1), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli, 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva, 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino (1), 3-Ken Erdogan (1), 4-Jacob Sciberras, 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia, 7-Matthew Chircop, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Mikhael Cutajar, 11-Matthew Sciberras (2), 12-Matthias Azzopardi (1), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Gabriel Melillo Coach: Marko Orlovic
Referees: Massimiliano Sponza, Massimo Angileri