Sunday, December 22, 2024

Waterpolo: San Ġiljan pass ‘il bogħod milli jsiru champions

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

San Ġiljan……………..7

Sliema…………………..6

(2-2, 1-3, 1-1, 3-0)

Fl-ewwel play-off tal-finali li ntlagħbet quddiem bla dubju l-akbar attendenza tal-istaġun u faċilment tista’ titqies bħala fost l-isbaħ sa issa, kienu San Ġiljan li trijonfaw meta dawru tefa f’rebħa ta’ 7-6, biex issa jinsabu pass biss ‘il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat Premier.

Għall-Ġiljaniżi spikkaw ferm Jake Bonavia u Nicholas Bugelli li skorjaw tliet goals u żewġ goals rispetivament. Hawnhekk wieħed ma jridx jinsa lill-goalkeeper Jake Tanti li kellu logħba inkredibbli fejn salva goals ċerti tul il-partita.

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 2-2, b’Nicholas Bugelli u Mattias Ortoleva jiskorjaw għas-Saints, waqt li Benji Cachia u Jerome Gabarretta wieġbu għas-Slimiżi.

Il-partita kompliet tisbieħ u fit-tieni sessjoni, Sliema trijonfaw bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals għalihom jaslu mill-captain Mark Meli u Liam Galea minn back-hand stupend u Jerome Gabarretta. Nikolai Zammit minn penalty wieġeb għal San Ġiljan.

Ta’ nota huwa l-fatt li nofs minuta minn tmiem din is-sessjoni, tkeċċa għal kollox permezz ta’ karta ħamra diretta l-player ta’ San Ġiljan Darren Zammit wara foul ikrah li wettaq fuq player avverasaju.

It-tielet sessjoni bħall ewwel waħda wkoll intemmet fi draw iżda din id-darba ta’ 1-1, b’Jake Bonavia jiskorja għas-Saints, waqt li Benji Cachia wieġeb għas-Slimiżi. Rimarkabbli huwa l-fatt li f’nofs din is-sesssjoni Andreas Galea falla penalty għall-Ġiljanżi hekk kif ra lill-goalkeeper ta’ Sliema Nikcy Grxixti jalsva bi bravura. Dan filaqt li Jerome Gabarretta ġie fouled out għas-Slimiżi wara li wettaq tliet fouls fil-partita, bit-tielet foul iwettqu proprju fl-azzjoni li waslet għall-penalty mogħti minn Galea.

Kollox kellu jiġi deċiż fir-raba’ u l-aħħar sessjoni, fejn eżatt qabel bdiet din is-sessjoni, ir-referre Taljan Raffaele Colombo keċċa lill-coach Kroat tas-Saints, Zeljko Kovacic, permezz ta’ karta ħamra diretta, minħabba xi rimarki li għadda fil-konfront tiegħu.

Għall-kronaka din intemmet bl-iskor ta’ 3-0 favur il-Ġiljaniżi, b’Jake Bonavia (2) u Nicholas Bugelli jiskorjaw għalihom.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea, 4-Nico Schiavone, 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit, 7-Ben Plumpton, 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia (3), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli (2), 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (1), 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (2), 3-Liam Galea (1), 4-Daniel Rizzo, 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (2), 7-Jayden Cutajar, 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Jamie Gambin, 12-Dino Zammit, 13-André Theuma, 14-Kieyan Borg Coach: Beto Fernandez

Referees: Ronnie Spiteri, Raffaele Colombo

Ekonomija

Sport