Wednesday, August 27, 2025

Waterpolo: San Ġiljan pass ‘il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat Premier

Aqra wkoll

San Ġiljan………..17

Neptunes…………14

(4-5, 4-3, 4-1, 1-4) (4-1)

San Ġiljan jinsabu pass ‘il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat Premier wara li fl-ewwel play-off tal-finali għelbu lil Neptunes bl-iskor ta’ 17-14 wara l-għoti tal-penalties. B’hekk jekk għada l-Ħamis jerġgħu jegħlbu lil Neptunes fit-tieni play-off tal-finali, huma jassiguraw posthom mir-rebħ tal-Kampjonat.

Għal San Ġiljan l-aqwa skorer kien l-Awstraljan, Aaron Younger, b’erba’ goals, waqt li għal Neptunes spikka ferm l-Ungeriż Gergo Zalanki b’sitt goals.

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, D. Tully, R. Caruana, A. Younger 4, M. Zammit 1, J. Bonavia 2, B. Plumpton 3, J. Abela, N. Zammit 2, D. Zammit 1, N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia.

Neptunes:  M. Castillo, S. Gialanze 3, G. Zalanki 6, L. Mallia 1, J. Camilleri, J. Valletta 1, S. Camilleri, M. Castillo, B. Schranz, J. Bajada, A. Fenech 2, M. Azzopardi, M. Rossi, E. Mallia.

Referees:  Raffaele Colombo, Ronnie Spiteri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport