Minn Cristian Muscat
San Ġiljan……………13
Sirens……………………5
(3-1, 5-1, 4-2, 1-1)
San Ġiljan irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Sirens meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 13-5.
Għalihom reġa’ spikka Nikolai Zammit li rreġistra erba’ goals biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa. Dan filwaqt li għalihom kellhom logħba tajba wkoll Andreas Galea u Mattias Ortoleva li skorjaw tliet goals kull wieħed.
Il-Ġiljaniżi rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Andreas Galea (2) it-tnejn minn penalty u Mattias Ortoleva minn man-up wara li tkeċċa Jacob Sciberras. Jerome Zerafa Gregory skorja l-uniku goal għal Sirens.
Fit-tieni sessjoni, is-Saints ħadu r-riedni tal-logħba meta ttrijonfaw bl-iskor ta’ 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu Mattias Ortoleva (2), Nikolai Zammit (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty u l-captain Matthew Zammit minn man-up wara li tkeċċa John Napier. Jacob Sciberras minn man-up wara li tkeċċa Mattias Ortoleva wieġeb għat-team minn San Pawl il-Baħar.
San Ġiljan rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Nikolai Zammit (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Matthias Azzopardi u t-tieni minn penalty, Andreas Galea u Ben Plumpton. Dan sabiex Gianni Farrugia u Matthew Sciberras minn penalty skorjaw għat-team immexxi mill-coach Serb, Marko Orlovic.
Bir-rebħa tkun ilha diġá assigurata, San Ġiljan, naqsu ftit mir-rendiment tagħhom fl-aħħar sessjoni u fil-fatt sfaw miżmuma minn Sirens fi draw ta’ 1-1, b’Nico Schiavone jiskorja minn penalty għal San Ġiljan, waqt li Jerome Zerafa Gregory minn man-up wara li tkeċċa l-goalkeeper Jake Tanti, wieġbu għal Sirens.
San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg, 3-Andreas Galea (3), 4-Nico Schiavone (1), 5-Russell Caruana, 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton (1), 8-Daniel Tully, 9-Jake Bonavia, 10-Nikolai Zammit (4), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli, 13-Gareth Vassallo, 14-Mattias Ortoleva (3), 15-Nathan Bonavia Coach: Zeljko Kovacic
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Jacob Sciberras (1), 5-Jerome Zerafa Gregory (2), 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier, 10-Mikhael Cutajar, 11-Matthew Sciberras (1), 12-Matthias Azzopardi, 13-Matthew Bonello, 14-Gabriel Melillo, 15-Kydon Agius Dupuis Coach: Marko Orlovic
Referees: Neville Mercieca, Andrea Baretta