Minn Cristian Muscat
Sirens ………..13
Valletta ……….6
(2-1, 4-2, 2-0, 4-4)
Minn Grupp A Sirens warrbu għal kollox l-isfida ta’ Valletta bl-iskor ta’ 13-6 biex issa jinsabu ferm viċin li jikkwalifikaw għall-Kampjonat Premier.
L-aktar żewġ players li spikkaw kienu Matthew Sciberras ta’ Sirens u Sebastian Busuttil li skorjaw erba’ goals kull wieħed.
L-ewwel sessjoni kienet waħda minkejja li Sirens skorjaw darbtejn minn Matthe Sciberras u John Napier wara li Sebastian Busuttil fetaħ l-iskor għall-Beltin.
Peró fit-tieni sessjoni, it-team minn San Pawl il-Baħar żied il-pressjoni u ħareġ rebbieħ 4-2 bil-goals jaslu minn Jacob Sciberras, Ganni Farrugia, Jerome Zerafa Gregory u Matthew Sciberras. Nicholas Farrugia u Sebastian Busuttil skorjaw għal Valletta.
Kien fit-tielet sessjoni li l-Pawlini aċċertaw mill-punti meta rebħuha 2-0 għal skor momentarju ta’ 8-3 bl-iskorers ikunu Ganni Farrugia u Jacob Sciberras.
Fir-raba’ sessjoni huma żiedu l-vantaġġ meta skorjaw ħamsa oħra għat-tliet goals tal-Beltin.
Matthew Sciberras (2), Isiah Riolo, Jacob Sciberras u Matthias Azzopardi kienu l-iskorers ta’ Sirens filwaqt li Sebastian Busuttil (2) u Luke Hyzler għamlu r-riżultat aktar rispettabbli għall-Beltin.
Sirens: T. Micallef, P. Serrancino, K. Erdogan, J. Zerafa Gregory 1, J. Sciberras 3, G. Farrugia 2, M. Chircop, I. Riolo 1, J. Napier 1, M. Cutajar, M. Sciberras 4, M. Azzopardi 1, M. Bonello Dupius – Coach: Marco Orlovic
Valletta: B. Busuttil, N. Farrugia 1, T. Said, L. Hyzler 1, S. Busuttil 3, Z. Micallef, D. Paolella, M. Mifsud, S. Micallef, A. Agius, K. Galea, K. Cremona, A. Bugeja – Coach: Joe Cremona
Referees: Massimo Angileri, Domenico Rotondano