Friday, October 25, 2024

Waterpolo: Sirens jiddominaw u jegħlbu lil Exiles

Aqra wkoll

Sirens……………..13

Exiles………………..6

(3-2, 5-2, 2-1, 3-1)

Sirens iddominaw u għelbu lil Exiles bl-iskor ta’ 13-6.

Sirens rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Mathias Pasztor (2) bit-tieni goal jasal minn man-up  wara li tkeċċa Valentino Galla u Pietro Figlioli. Guillero Molina u Valentino Gallo wieġbu għal Exiles.

Sirens komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni 5-2, bl-iskorers  ikunu Gabriel Melillo, Gianni Farrugia, Pietro Figlioli minn penalty, Matthew Chircop u Mathias Pastzor. Il-captain Kurt Griscti rreġistra doppjetta personali għal Exiles.

It-team minn San Pawl il-Baħar rebaħ it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 bl-awturi tal-goals ikunu Ken Erdogan minn man-up wara li tkeċċa Zak Cutajar Licari u Pietro Figlioli. Niall Saliba skorja l-uniku goal għal Exiles.

Sirens għamlu l-en plain meta rebħu r-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, permezz ta’ Gabriel Sammit minn man-up wara li tkeċċa Mark Fenech, Jake Cachia u Pietro Figlioli. Mark Fenech wieġeb għal Exiles.

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan (1), 4-Pietro Figlioli (4), 5-Jerome Zerafa Gregory, 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop (1), 8-Jake Cachia (1), 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor (3), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi, 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Gabriel Melilllo (1), 15-Gabriel Sammut (1) Coach: Marko Orlovic

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Zak Cutajar Licari, 3-Liam Pursehouse, 4-Valentino Gallo (1), 5-Guillermo Molina (1), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti (2), 9-Niki Paris, 10-Matteo Martellacci, 11-Max Aquilina, 12-Niall Saliba (1), 13-Fredrick Buhagar, 14-Max Paris Roding Coach: Dejan Ilic 

Referees: Alex DeRaffaele, Arnaldo Petronilli

Sport