Marsaskala…………………..7
Sirens…………………………11
(1-4, 1-1, 3-3, 2-3)
Sirens kisbu rebħa tajba fuq Marsaskala bl-iskor ta’ 11-7, fejn madankollu ta’ min ifaħħar il-wirja ta’ Marsaskala li ħlief għall-ewwel sessjoni żammew il-pass mal-avversarji tagħhom tul il-partita kollha.
Huma rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals jaslu minn Jerome Zerafa Gregory, Jake Cachia, Ken Erdogan u Jake Cachia. Bence Batori skorja l-uniku goal għal Marsaskala.
Iżda fit-tieni sessjoni, l-Iskalin wettqu reazzjoni tajba u żammew lil Sirens fi draw ta’ 1-1, bil-goal tagħhom jasal minn Ferenc Salomon, waqt li Gianni Farrugia wieġeb għal Sirens.
It-tielet sessjoni wkoll intemmet fi draw iżda din id-darba ta’ 3-3, b’Mark Carani minn man-up wara li tkeċċa Pietro Figlioli, Ferenc Salamon u Gerald Sammut sabu x-xibka għal Maraskala, waqt li Jake Cachia, Matthew Chircop u Matthias Pasztor irrispondew għal Sirens.
Sirens irritornaw għar-rebħ fl-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-awturi tal-goals ikunu Matthias Pazstor, Mikhael Catajar u Gianni Farrugia. Bence Batori u l-veteran Paul Privitera wieġbu għal Marsaskala.
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco, 6-Ferenc Salamon (2), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut (1), 11-Benice Batori, 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Bence Batori (2), 15-Francesco Scardino Coach: Arpad Babay
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan (1), 4-Pietro Figlioli, 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia (2), 7-Matthew Chircop (1), 8-Gabriel Melillo, 9-Mikhael Cutajar (1), 10-Matthias Pasztor (2), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi, 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cahia (3), 15-Gabriel Sammut (1) Coach: Marko Orlovic
Referees: Alex DeRaffaele, Fabio Brasiliano