Minn Cristian Muscat
Sirens……… 10
Exiles……….. 9
(2-1, 1-4, 3-2, 4-2)
F’partita mill-aktar eċċitanti u fost l-isbaħ ta’ dan is-sajf, Sirens għelbu lil Exiles 10-9.
Għalihom, l-aqwa skorer kien il-player żagħżugħ Matthias Azzopardi li rreġistra hat-trick personali biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa. Dan filwaqt li l-aqwa skorer għal Exiles kien Max Aquilina li rreġistra poker personali.
Sirens rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor strett ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu minn Jerome Zerafa Gregory u Matthias Azzopardi. David Fenech skorja l-uniku goal għal Exiles.
Iżda Exiles ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni mill-aqwa u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bl-awturi tal-goals ikunu Matteo Martellacci, Mark Fenech, Jake Bajada u Max Aquilina. Il-goal waħdani għal Sirens wasal minn John Napier.
It-team minn San Pawl il-Baħar rebaħ ukoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għal Sirens jaslu minn Gianni Farrugia u Matthias Azzopardi u Jacob Sciberras, waqt li David Fenech u Max Aquilina wieġbu għal Exiles.
Sirens rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals jaslu minn Ken Erdogan (2), Matthias Azzopardi u Paul Serracino. Max Aquilina rreġistra doppjetta personali għal Exiles.
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino (1), 3-Ken Erdogan (2), 4-Jacob Sciberras (1), 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop, 8-Isaiah Riolo, 9-John Napier (1), 10-Mikhael Cutajar, 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi (3), 13-Matthew Bonello, 14-Gabriel Melillo, 15-Kydon Agius Dupuis – Coach: Marko Orlovic
Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Niall Saliba, 3-Luke Gialanze, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan, 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti, 9-Niki Paris, 10-Jake Bajada (1), 11-Max Aquilina (4), 12-David Fenech (2), 13-Gianluca Borg, 14-Matteo Martellacci (1), 15-Liam Pursehouse – Coach: Aurelien Cousin
Referees: Attilip Paoletti, Ronnie Spiteri