Minn Cristian Muscat
Birzebbugia…………8
Sliema……………….17
(1-7, 0-3, 2-4, 5-3)
Sliema aċċertaw ruħhom minn rebħa komda kontra Birzebbugia meta sa tmiem l-ewwel sessjoni kienu fetħu vantaġġ komdu ta’ sitt goals. Huma kisbu rebħa bl-iskor finali ta’ 17-8.
Għalihom kellu partita mill-aqwa, Zach Mizzi li rreġistra poker personali.
Is-Slimiżi għamlu l-intenzjoniiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba bil-goals fl-ewwel sesssjoni jaslu minn John Browrnigg, Liam Galea, Matthew Mifsud, Zach Mizzi (2), Benji Cachia u Kieyan Borg minn penalty. Keith Tanti kien għamel
l-iskor indaqs momentarjament għal Birzebbugia.
Is-Slimiżi komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, bl-awturi tal-goals ikunu Jamie Gambin, Benji Cachia minn penalty u Zach Mizzi.
Sliema rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, permezz ta’ John Brownrigg (2) u Liam Galea minn man-up wara li tkeċċa Giuseppe Mannino u l-captain Mark Meli. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ goals għal Birzebbugia waslu minn Neil Cassar u Keith Tanti.
Bir-rebħa tkun ilha diġá assigurata, fir-raba’ sessjoni Sliema naqsu xi ftit mir-rendiment tagħhom u fil-fatt sfaw megħluba bl-iskor ta’ 5-3, bil-goals għat-team minn nofsinhar ta’ Malta jaslu minn David Cutajar (3), Giuseppe Mannino u Manuel Giarratana. Dan sabiex Zach Mizzi u Jamie Gambin (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Keith Tanti, wieġbu għas-Slimiżi.
Birzebbugia: 1-Miguel Vassallo, 2-Julian Farrugia, 3-Neil Cassar (1), 4-Ben Grech, 5-Christian Mifsud, 6-Ryan Mock, 8-David Cutajar (3), 10-Keith Tanti (2), 11-Giuseppe Mannino (1), 12-Miguel Curmi, 13-Matthew Sladden, 14-Gabriel Sammut, 15-Manuel Giarratana (1) Coach: Pierre Borg
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Matthew Mifsud (1), 3-Liam Galea (2), 4-Daniel Rizzo, 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (2), 7-Jayden Cutajar, 8-Kieyan Borg (1), 9-John Brownrigg (3), 10-Jamie Gambin (3), 11-Zach Mizzi (4), 12-Dino Zammit, 13-André Theuma Coach: Beto Fernandez
Referees: Ronnie Spiteri, Matteo Giacchini