Wednesday, October 9, 2024

Waterpolo: Sliema jegħbu lil Otters mingħajr tbatija

Aqra wkoll

Otters…………………7

Sliema………………13

(1-3, 1-1, 3-4, 2-5)

Kif mistenni, Sliema ftit li xejn tħabtu biex għelbu lil Otters bl-iskor ta’ 13-7.

Sliema rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, permezz tal-captain Jerome Gabarretta (2) u r-Russu Dmitrii Kholod. Ivan Saric ġab l-iskor indaqs momentarjament għal Otters.

It-tieni sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1, bil-goal ta’ Otter jasal minn penalty ta’ Marko Jelaca, filwaqt li Dmitrii Kholod skorja għal Sliema.

Is-Slimiżi rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bl-awturi tal-goals  ikunu Dmitrii Kholod (2), Liam Galea u Jerome Gabarretta. Jovan Saric irreġistra doppjetta personali għal Otters, bil-goal l-ieħor  jasal minn Marko Jelaca.

Sliema rebħu wkoll ir-raba’ sessjoni 5-2, bl-iskorers  ikunu  Dmitrii Kholod, Dino Zammit (2), Jamie Gambin, u Matthew Mifsud. Jovan Saric u Luigi Dimech skorjaw għal Otters.

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna, 4-David Dimech, 5-Mark Meli, 6-Marko Jelaca (2), 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimeh (1), 10-Jovan Saric (4), 11-Matthew Farrugia, 12-Andrew Dimech, 13-Gianfranco Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef, 15-Kieran Saliba Coach: Robert Munkascksy

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta (3), 3-Liam Galea (1), 4-Jamie Gambin (1), 5-Zach Mizzi (1), 6-Benji Cachia, 7-Jayden Cutajar, 8-Matthew Mifsud (1), 9-John Brownrigg, 10-Dmitrii Kholod (4), 11-Andrija Prlainovic, 12-Dino Zammit (2), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri Coach: Ryan Coleiro

Referees: Stefan Licari, Arnaldo Petronilli

Sport