Sliema……………16
Birzebbugia……..5
(4-1, 4-1, 3-3, 5-0)
Sliema ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Birzebbugia bl-iskor kbir ta’ 16-5.
Għalihom spikkaw Dino Zammit u Jayden Cutajar li skorjaw erba’ goals kull wieħed.
Is-Slimiżi rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, b’goals minn Benji Cachia minn man-up wara li tkeċċa Christian Mifsud, Matthew Mifsud, Dino Zammit u Jayden Cuatjar. Giuseppe Mannino minn man-up, wara li tkeċċa Jamie Gambin, kien fetaħ l-iskor momentarjament għal Birzebbugia.
Huma rebħu wkoll it-tieni sessjoni bl-iskor identiku fejn din id-darba l-iskorers kienu Liam Galea, Dino Zammit, Jayden Cutajar u Dino Zammit. Julian Farrugia skorja l-goal waħdani għal Birzebbugia.
Bir-rebħa diġá assigurata, fit-tielet sessjoni l-Blues naqqsu r-ritmu hekk kif din spiċċat fi draw ta’ 3-3, bl-awturi tal-goals ikunu John Brownrigg, Dino Zammit minn penalty u Jayden Cuatjar minn man-up wara li tkeċċa Ben Grech. Min-naħa l-oħra, Miguel Curmi, Keith Tanti u Christian Mifsud irrispondew għal Birzebbugia.
Iżda fl-aħħar sessjoni, Sliema skorjaw ħames goals mingħajr risposta fejn il-protagonisti kienu Benji Cachia, il-captain Mark Meli minn man-up wara li tkeċċa Christian Mifsud, John Brownrigg, Kieyan Borg u Jayden Cutajar.
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta, 3-Liam Galea (1), 4-Daniel Rizzo, 5-Mark Meli (1), 6-Benji Cachia (2), 7-Jayden Cutajar (4), 8-Matthew Mifsud (1), 9-John Brownrigg (2), 10-Jamie Gambin, 11-Zach Mizzi, 12-Dino Zammit (4), 13-André Theuma, 14-Kieyan Borg (1) Coach: Beto Fernandez
Birzebbugia: 1-Miguel Vassallo, 2-Julian Farrugia (1), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Christian Mifsud (1), 6-Ryan Mock, 8-David Cutajar, 9-Simeon Bezzina, 10-Keith Tanti (1), 11-Giuseppe Mannino (1), 12-Miguel Curmi (1), 13-Matthew Sladden, 14-Gabriel Sammut, 15-Manuel Giarratana Coach: Pierre Borg
Referees: Pasquale Rogondino, Ronnie Spiteri