Iċ-Champions Sliema kkastigaw lil Neptunes għat-tieni telfa konsekutiiva. Dan meta għelbuhom bl-iskor strett ta’ 15-14.
Dan wara li proprju nhar l-Erbgħa li għadda, Neptunes sfaw megħluba mill-ġirien iżda rivali San Ġiljan fid-Derby tal-Balluta bl-iskor ta’ 17-10.
Għas-Slimiżi spikkaw ferm il-players Benji cachia u Liam Galea li rreġistraw hat-trick personali. Dan filwaqt li l-aqwa skorer għal Neptunes kienu Sam Gialanze, Gergo Zalanki u l-aħwa Stevie u Jordan Camilleri li wkoll skorjaw tliet goal kull wieħed.
Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze (3), G. Zalanki (3), L. Mallia, J. Camilleri (3), J. Valletta (1), S. Camilleri (3), M. Castillo, B. Schranz, J. Bajada, A. Fenech (1), M. Azzopardi, M. Rossi, E. Mallia
Sliema: N. Grixti, E. Schembri, L. Galea (3), J. Gambin (1), J. Cassar (2), B. Cachia (3), J. Cutajar, D. Rizzo (1), J. Brownrigg, S. Engerer (1), A. Vlachopulos (2), D. Zammit (2), B. Busuttil, J. Chircop
Referees: Massimo Angileri, Marco Piano