Sliema…………………14
Sirens……………………8
(3-2, 3-0, 6-1, 2-5)
Sliema kisbu rebħa kbira fuq Sirens meta għelbuhom bl-iskor ta’ 14-8.
Is-Slimiżi rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Liam Galea minn man-up wara li tkeċċa Matthias Azzopardi, Zach Mizzi wkoll minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Sammut u Andrija Prlainovic. Gianni Farrugia u Pietro Figlioli minn player aktar wara li tkeċċa Dmitri Kholod wieġbu għal Sirens.
Fit-tieni sessjoni, Sliema skorjaw tlieta mingħajr risposta, bl-iskorers għalihom ikunu Benji Cahia, Dmiti Kholod u Andrija Prlainovic.
Fit-tielet sessjoni, Sliema, ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-1, fejn għalihom skorjaw Benji Cachia minn man-up wara li tkeċċa Jerome Zerafa Gregory, Zach Mizzi, Dino Zammit, Liam Galea minn man-up wara li tkeċċa Jake Cahia u Jayden Cutajar (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Ken Erdogan. Matthias Pasztor minn man-up wara li tkeċċa Dmitri Kholod skorja l-uniku goal għat-team minn San Pawl il-Baħar.
Sirens wettqu reazzjoni tajba fl-aħħar sessjoni u rebħuha bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals għalihom jaslu minn Pietro Figlioli (3), Gabriel Melillo minn man-up wara li tkeċċa Benji Cachia u Jerome Zerafa Gregory. Liam Galea rreġistra doppjetta personali għas-Slimiżi bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Pietro Figlioli u t-tieni ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Gabriel Melillo.
Sliema:1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta, 3-Liam Galea (4), 4-Jamie Gambin, 5-Zach Mizzi (2), 6-Benji Cachia (2), 7-Jayden Cutajar (2), 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Dmitrii Kholod (1), 11-Andrija Prlainovic (2), 12-Dino Zammit (1), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri Coach: Dejan Savic
Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Pietro Figlioli (3), 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia (2), 7-Matthew Chircop, 8-Gabriel Melillo (1), 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor (2), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi, 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cachia, 15-Gabriel Sammut Coach: Marko Orlovic
Referees: Massimo Angileri, Luca Bianco