Minn Cristian Muscat
Neptunes…………..5
Sliema……………….6
(2-2, 0-1, 2-1, 1-2)
F’partita mill-isbaħ u mill-aktar drammatika, Sliema għelbu lir-rivali eterni Neptunes bl-iksor strett ta’ 6-5, bil-goal tar-rebħa jasal inqas minn minuta mit-tmiem minn Dino Zammit, li spikka ferm hekk kif irreġistra poker personali.
Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet l-ewwel rebħa għal Sliema f’konfront dirett matul dan l-istaġun kif ukoll l-ewwel telfa għal Neptunes.
Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 2-2, bil-goals għal Sliema jaslu minn Jamie Gambin minn man-up wara li tkeċċa Gabriel Pace u John Brownrigg. Il-captain Stevie Camilleri u Gabriel Pace minn man-up wara li tkeċċa John Brownrigg wieġbu għal Neptunes.
Sliema rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal minn Dino Zammit minn penalty.
Neptunes rebħu t-tielet sessjoni bil-punteġġ ta’ 2-1, bl-awturi tal-goals ikunu Alec Fenech u Sam Gialanze, filwaqt li Dino Zammit skorja l-goal waħdani għal Sliema.
Sliema rritornaw għar-rebħ fir-raba’ sessjoni f bl-iskor ta’ ta’ 2-1, bil-player tal-logħba Dino Zammit jirreġistra doppjetta personali għalihom, waqt li Michael Spiteri Staines irnexxielu jsib ix-xibka għal Neptunes.
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat, 3-Sam Gialanze (1), 4-Gabriel Pace (1), 5-Jake Cachia, 6-James Spiteri Staines, 7-Stevie Camilleri (1), 8-Jordan Camilleri, 9-Jeremy Abela, 10-Michael Spiteri Staines (1), 11-Alec Fenech (1), 12-Mark Castillo, 13-Marco Rossi Coach: Jovan Popovic
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta, 3-Liam Galea, 4-Daniel Rizzo, 5-Mark Meli, 6-Benji Cachia, 7-Jayden Cutajar, 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg (1), 10-Jamie Gambin (1), 11-Zach Mizzi, 12-Dino Zammit (4), 13-André Theuma, 14-Kieyan Borg Coach: Beto Fernandez
Referees: Federico Braghini, Massimo Angileri