Sliema…………….24
Marsaxlokk………..3
(6-0, 6-0, 8-3, 4-0)
Sliema xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk bl-iskor kbir ta’ 24-3, f’partita li huma ddomina mill-bidu sat-tmiem.
Għas-Slimiżi, mmexxija mill-coach Spanjol Beto Fenandez, spikkaw ferm il-captain Mark Meli u ż-żagħżugħ Jayden Cutajar li skorjaw erba’ goals kull wieħed.
Fil-veritá, is-Slimiżi aċċertaw fl-ewwel sessjoni meta rebħuha bl-iskor ta’ 6-0 bil-goals jaslu minn Jerome Gabarretta, Dino Zammit, John Brownrigg, Michele Mifsud u Jayden Cutajar (2).
Il-Blues komplew jiddominaw u rebħu wkoll it-tieni sessjoni bl-iskor identiku ta’ 6-0.
L-iskorers għalihom kienu Dino Zammit, Mark Meli (3), Jamie Gambin u Jayden Cutajar.
Is-Slimiżi komplew jixxalaw u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 8-3, bl-awturi tal-goals ikunu John Brownrigg (2), Matthew Mifsud, Dino Zammit, Benji Cachia, Daniel Rizzo, Kieyan Borg u Mark Meli. Ryan Galea (2) u Luigi Mallia wieġbu għax-Xlukkajri.
Sliema għamlu l-en plain meta rebħu wkoll l-aħħar sessjoni din id-darba bil- punteġġ ta’ 4-0, fejn għalihom skorjaw Jayden Cutajar, Liam Galea, Matthew Mifsud u Benji Cachia.
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarretta (1), 3-Liam Galea (1), 4-Daniel Rizzo (1), 5-Mark Meli (4), 6-Benji Cachia (2), 7-Jayden Cutajar (4), 8-Matthew Mifsud (3), 9-John Brownrigg (3), 10-Jamie Gambin (1), 11-Zach Mizzi, 12-Dino Zammit (3), 13-André Theuma, 14-Kieyan Borg (1) – Coach: Beto Fernandez
Marsaxlokk: 1-Sam Mifsud, 2-Russell Spiteri, 3-Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit, 8-Luigi Mallia (1), 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (2), 11-Julian Valletta, 12-Alistair Cook, 13-Miguel Farrugia, 14-Enrico Mallia, 15-Timmy Agius – Coach: Nenad Navarin
Referees: Alessandro Chimenti, Richard Magri