Sliema………………..15
Ta’ Xbiex………………3
(6-1, 3-0, 4-1, 2-1)
Kif kien mistenni, Sliema, irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Ta’ Xbiex meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 15-3, f’partita li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem.
Sliema għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-1, bl-iskorers ikunu Zach Mizzi, Elijah Schembri (2), il-captain Jerome Gabarretta (2) u r-Russu Dmitri Kholod. Uros Vasic minn penalty kien ġab l-iskor momentarjament indaqs għal Ta’ Xbiex.
Fit-tieni sessjoni, Sliema, skorjaw tlieta mingħajr risposta bil-goals jaslu minn Jerome Gabarretta, Jayden Cutajar u Jamie Gambin.
Sliema rebħu wkoll it-tielet sessjoni b’distakk ta’ tliet goals, iżda din id-darba b’punteġġ ta’ 4-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu s-Serb Andrija Prlainovic, Jerome Gabarretta u Benji Cachia. Uros Vasic skorja l-goal waħdani għal Ta’ Xbiex biex b’hekk irreġistra doppjetta personali għal Ta’ Xbiex.
Sliema rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, fejn għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Jayden Cutajar u Sam Engerer. Jacob Saliba wieġeb għal Ta’ Xbiex.
Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta (4), 3-Liam Galea, 4-Jamie Gambin (1), 5-Zach Mizzi (1), 6-Benji Cachia (1), 7-Jayden Cutajar (2), 8-Matthew Mifsud (1), 9-John Brownrigg, 10-Dmitrii Kholod (2), 11-Andrija Prlainovic (1), 12-Dino Zammit (2), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri (2), 15-Sam Engerer (1) Coach: Ryan Coleiro
Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Nico Schiavone, 3-Lee Montebello, 4-Luke Grech Carr, 5-Kieran Grech, 6-Ryan Mock, 7-Jacob Saliba (1), 8-Christian Milakovic, 9-Uros Vasic (2), 10-Jan Culic, 11-Zion Bartolo, 12-Julian Farrugia, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mattias Ortoleva, 15-Kydon Agius Coach: Stephen Rizzo
Referees: Peter Balzan, Mattia Gomez