Wednesday, December 25, 2024

Waterpolo tal-LEN: Illum Malta tilgħab għall-klassifikazzjoni 13-16-il post

Aqra wkoll

Illum Malta se tilgħab kontra s-Slovenja fis-semi-finali għall-postijiet mit-13 sas-16 fejn b’rebħa l-Maltin ikol­lhom iċ-ċans li jtemmu fit-13-il post.

Imbagħad l-avversarji tagħ­­na ikunu s-Slovakkja jew Iżrael fejn ma’ dawn tal-aħħar konna nvoluti f’logħba drammatika li l-players tagħna rebħuha 13-11 wara li f’ħin minnu kienu tliet goals minn taħt.

Is-Slovenja tilfu t-tliet logħbiet tal-grupp tagħhom kontra r-Rumanija 13-5, kontra l-Olanda 23-7 u kontra s-Slovakkja 11-7. 

Tneħħi t-telfa kbira mal-Olandiżi, l-avversarji tal-lum jistgħu jkunu tajbin iktar milli qed naħsbu u għalhekk il-coach Milan Cirovic żgur li għandu pjani addattati biex it-team jikseb l-iktar pożiz­zjoni għolja meta għandu team żagħżugħ li żgur se tiswielu fil-futur.

Fl-aħħar logħba minn Grupp C il-Maltin sabu lis- Serbja avversarji diffiċli ħafna tant li dawn ħarġu rebbieħa bl-iskor kbir ta’ 21-4 fejn minkejja li kellna xi players neqsin għal raġuni jew oħra ma jidhirx li kienu se jagħmlu xi differenza kontra team li huwa meqjus wieħed mill-favoriti li jiġu nkurunati champions tal-Ewropa.

Il-logħba kontra s-Sloveni se tibda fit-8.15 pm.

Ekonomija

Sport