Friday, December 27, 2024

Waterpolo tal-LEN: Wirja qalbiena mhux biżżejjed għall-Maltin

Aqra wkoll

Ġermanja……………..18

Malta……………….….13

(6-5, 3-4, 6-2, 3-2)

Hekk kif bdew l-impenji tat-tim nazzjonali tal-waterpolo fil-Kampjonati Ewropej tal-waterpolo, huwa safa megħlub bl-iskor ta’ 18-13 mill-qawwa tal-Ġermanja. Madankollu, kienet wirja ferm qalbiena u inkoraġġanti mill-Maltin li tawgura tajjeb għal-logħbiet li ġejjin.

Kienu l-Ġermanja li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-5, bil-goals għalihom jaslu minn Hannes Shulz (2), Marin Restovic u Dennis Eddner, Maurice Jungling u Julian Teal. Nikolai Zammit (2), Jayden Cutajar, Liam Galea u Jake Muscat wieġbu għall-Maltin.

Iżda l-Maltin wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Liam Galea (2), Mark Castillo u Jake Muscat. Dan sabiex Lucas Gielen, Marko Stamm u Mateo Cuk irrispondew għall-Ġermaniżi.

Madankollu, fit-tielet sessjoni, il-Ġermaniżi ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isismhom fuq il-lista tal-iskorers, Mateo Cuk, Maurice Jungling, Dennis Strelezkij (2) u Lucas Gielen (2). Jake Muscat irreġistra doppjetta personali għall-Maltin.

Il-Ġermanja rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers għalihom ikunu Ben Reibel, Timo van der Bosch u Julian Teal. Liam Galea u Jake Muscat wieġbu għall-Maltin.

Ġermanja: 1-Moritz Schenkel, 2-Ben Reibel (1), 3-Timo van der Bosch (1), 4-Julian Teal (1), 5-Hannes Schulz (2), 6-Maurice Jungling (2), 7-Dennis Strelezkij (2), 8-Lucas Gielen (3), 9-Marko Stamm (2), 10-Mateo Cuk (2), 11-Marin Restovic (1), 12-Dennis Eddner (1), 13-Kevin Gotz

Malta: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli, 3-Liam Galea (4), 4-Mark Castillo (1), 5-Sam Gialanze, 6-Jake Cachia, 7-Jake Muscat (5), 8-Jayden Cutajar (1), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (2), 11-Darren Zammit, 12-Matthias Azzopardi, 13-Benji Busuttil

Referees – Sinisa Matijasevic (Montenegro), Rik Evers (Olanda)

Ekonomija

Sport