Saturday, September 14, 2024

Waterpolo tan-Nisa: Malta eliminata wara telfa kontra s-Slovakkja

Aqra wkoll

Slovakkja…………………16

Malta………………………10

(2-2, 5-1, 4-5, 5-2)

It-team nazzjonali Malti tan-Nisa safa megħlub mis-Slovakkja bl-iskor ta’ 16-10. B’hekk Malta sfat elimintaa mill-fażi tal-gruppi. Din kienet it-tieni telfa li sofrew il-Maltin wara t-telfa bl-iksor ta’ 11-7 kontra l-Bulgarija fil-jum ta’ qabel.

Madankollu, il-Maltin offrew oppożizzjoni denja lis-Slovakki, għal bosta ħinijiet tul il-partita.

L-ewwel sessjoni spiċċat fi draw ta’ 2-2. Fit-tieni sessjoni s-Slovakkja rebħu 5-1. Il-Maltin wettqu reazzjoni tajba fit-tielet sessjoni, hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4, waqt li s-Slovakki rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-2.

Il-goals għall-Maltin waslu minn Martha Perici Ferrante (3), doppjetta perosnali għal Francesca Paolella u Kaia Agius, waqt li Zaira Bartolo, Louise Cachia u Denise Micallef skorjaw goal kull wieħed.

Il-formazzjoni Maltija kienet din:

K. Agius, E. Montfort, E. Amato, K. Navarro, M. Perici Ferrante (3), L. Cachia (1), F. Paolella (2), K. Agius (2), D. Micallef (1), A. Bonello, Z. Bartolo (1), N. Azzopardi, K. Plumpton

Ekonomija

Sport