Friday, January 16, 2026

Waterpolo: Tasal l-ewwel rebħa għal Malta

Aqra wkoll

Malta……………..15

Iżrael……………..14

(5-5, 4-2, 3-4, 3-3)

Waslet l-ewwel rebħa għat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo fil-Kampjonati Ewropej meta għeleb lill-Iżrael bl-iskor strett ta’ 15-14, b’din tkun l-aqwa partita għall-Maltin sa issa fejn kien hemm mumenti fejn saħansitra konna tliet goals minn fuq.

B’hekk żammejna t-tamiet tagħna ħajjin li niksbu t-13-il post fejn għada naffrontaw lis-Slovakkja u l-Ħadd lis-Slovenja.

Għall-Maltin spikkaw fost oħrajn iż-żewġ players ta’ Neptunes, il-captain Stevie Camilleri u Ivan Nagaev bil-goals deċiżivi tagħhom.

Dan kien it-tielet konfront bejn dawn iż-żewġ pajjiżi fl-istorja bil-Maltin dejjem joħorġu rebbieħa.

L-ewwel sessjoni pproduċiet xejn inqas minn għaxar goals, u fiha rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 5-5. Il-goals għall-Maltin waslu minn Jayden Cutajar, Stevie Camilleri (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Benji Cachia u Nikolai Zammit. Dan sabiex l-iskorers għall-Iżrael kienu Ori Buzgalo (2), Yoav Rendler u Amir Shafrir (2).

Il-Maltin bdew juru karattru u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-2 b’din tkun l-ewwel sessjoni li rebħu f’dawn il-Kampjonati Ewropej. Il-goals għall-Maltin waslu minn Ivan Nagaev (3) u Stevie Camilleri. Vlad Begin u Yoav Rendler wieġbu għall-Iżraeliti.

Iżda l-Iżrael wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-3 bil-goals għalihom jaslu minn Ori Buzaglo, Amir Shafrir, Or Schlein u Natan Gvishi. Dan sabiex Stevie Camilleri minn penalty u Ivan Nagaev (2) wieġbu għall-Maltin.

L-aħħar sessjoni intemmet fi draw ta’ 3-3 bil-goals għall-Maltin jaslu minn Stevie Camilleri, Ivan Nagaev u Nikolai Zammit, b’Ido Goldschmidt u Ronen Gros (2) iwieġbu għall-Iżraeliti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport