Malta……………6
Ungerija………21
(2-4, 2-7, 2-5, 0-5)
Kompla d-diżappunt għat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo fil-Kampjonati Ewropej f’Belgrad, meta sofra telfa oħra kbira din id-darba kontra l-qawwa tal-Ungerija bl-iskor ta’ 21-6.
Dan wara li kien sofra żewġ telfiet oħra konsekuttivi fl-ewwel żewġ partiti kontra l-Montenegro u Franza rispettivament, u b’hekk temm dan il-Grupp mingħajr ebda punt.
Madankollu, f’din il-partita kontra l-Ungerija, rajna xi ftit reazzjoni mill-Maltin speċjalment fl-ewwel sessjoni fejn tlfifniha b’distakk ta’ żewġ goals.
Issa Malta tkun involuta fi tliet partiti oħra fil-jiem li ġejjin mill-fażi tal-gruppi bit-tama li tikseb it-13-il post finali f’dawn il-Kampjonati.
L-Ungeriżi għamlu l-inrenzjoniiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2 bl-iskorers għalihom ikunu David Tatria, Daniel Angyal, Peter Kovacs u Vince Varga Dan sabiex Ivan Nagaev u Alec Fenech wieġbu għall-Maltin.
Huma komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni din id-darba bi skor kbir ta’ 7-2, ta’ bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Benedek Batizi (2), Vince Varga, Akos Nagy (2) u Vince Vagvari (2). Stevie Camilleri u Liam Galea wieġbu għall-Maltin.
L-Ungerija rebħu wkoll it-tielet sessjoni bi skor ta’ 5-2 bl-iskorers għalihom ikunu Daniel Angyal, Akos Nagy, Krisztian Manhercz, Vendel Vigvari u Zsombor Vismeg. Liam Galea u Matthew Zammit irrispondew għall-Maltin.
Huma għamluhom erbgħa minn erbgħa meta rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor kbir ta’ 5-0, bil-goals għall-Ungeriżi jaslu minn Vince Vigvari, Vendel Vigvari (2), Benedek Batizi u Zsombor Vismeg.



