Tuesday, December 24, 2024

Waterpolo: TTD – II Div: Malta tirreġistra l-ewwel rebħa

Aqra wkoll

Wara ż-żewġ telfiet li sofra kontra l-Ġermanja (15-5) u kontra ċ-Ċina (18-6), fir-Round Preliminari ta’ Grupp B tat-Tazza tad-Dinja tat-Tieni Diviżjoni, waslet l-ewwel rebħa għall-Maltin meta għelbu lill-Afrika t’Isfel bl-iskor ta’ 15-8 (3-4, 5-3, 5-1, 2-0). 

Il-players tagħna insew id-diżappunt taż-żewġ logħbiet preċedenti għalkemm l-ew­wel sessjoni tat indikazzjoni ta’ andament negattiv meta tlifna l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bil-goals jaslu minn doppjetta ta’  Liam Galea u minn Dino Zammit. 

Iżda huma qatt ma ħarsu lura minħabba li rebħu li t-tlieta sessjonijiet sussegwenti. 

Fit-tieni sessjoni, Jeremy Abela, Benjamin Cachia, Nikolai Zammit u Sam Gialanze kisbu d-draw għal 7-7, biex imbagħad Gianlanze daħħal lit-team jistrieħ fil-vantaġġ ta’ 8-7. 

Fit-tielet sessjoni, il-Maltin urew il-qawwa tagħhom meta skorjaw ħames goals kontra wieħed, bl-iskorers ikunu Nikolai Zammit, Ben Plumpton, Nicholas Bugelli, Mark Castillo u Liam Galea … għal skor parzjali ta’ 13-8. 

Bil-logħba mirbuħa u mitlufa, fl-aħħar sessjoni l-Maltin issiġillaw ir-rebħa b’żewġ goals oħra minn Sam Gialanze u Benjamin Cachia.    

L-iskwadra Maltija hija komposta minn Jake Tanti, Mark Castillo, Liam Galea 1, Ni­cholas Bugelli, Sam Gialanze, Benjamin Cachia, Ben Plumpton, Jordan Camilleri, Jeremy Abela, Nikolai Zammit, Alec Fenech, Dino Zammit, Matthew Castillo.

Ekonomija

Sport