Birzebbugia……………..11
Valletta…………………….12
(3-3, 4-4, 3-3, 1-2)
Valletta aċċertaw minn post fil-Premier meta għelbu lil Birzebbugia bl-iskor ta’ 12-11.
Fl-ewwel sessjoni irrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals ghal Valletta jaslu minn Ivan Nagaev (2) u Kieyan Birg minn man-up wara li tkeċċa Neil Cassar. Darko Brguljan, Jacob Sciberras u l-captain David Cutajar minn man-up wara li tkeċċa Daniel Rizzo skorjaw għal Birzebbugia.
It-tieni sessjoni wkoll intemmet fi draw, din id-darba ta’ 4-4, bl-iskorers għall-Beltin ikunu Ivan Nagaev (2), Andrija Vlahovic minn man-up wara li tkeċċa Keith Tanti u James Spiteri Staines ukoll minm man-up wara li tkeċċa David Cutajar. Balazs Ederly (2) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty, Giuseppe Mannino u Jacob Sciberras irrispondew għal Birzebbugia.
It-tielet sessjoni bħall-ewwel waħda intemmet fi draaw ta’ 3-3, bl-awturi tal-goals għall-Beltin ikunu Andrija Vlahovic, Kieyan Borg u Ivan Nagaex. Giuseppe Mannino, Darko Brguljan u Balazs Erdely minn penalty skorjaw għal Birzebbugia.
Kollox kellu jiġi deċiż fl-aħħar sessjoni b’Valletta jkunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu minn Ivan Nagaev u Andrija Vlahovic. Darko Brguljan skorja l-uniku goal għal Birzebbugia.
Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg, 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech, 5-Darko Brguljan (3), 6-Malcolm Manara, 8-David Cuatjar (1), Balazs Erdelyi (3), 9-Keith Tanti, 10-Giuseppe Mannino (2), 11-Miguel Curmi, 12-David Cleavon Borg, 13-David Cleavon Borgm 14-Jacob Sciberras (2), 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines (1), 3-Daniel Rizzo, 4-Jayden Cassar, 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic (3), 7-Daniel Paolella, 8-Ivan Nagaev (6), 9-Stephen Micallef, 10-Julian Chircop, 11-Kieyan Borg (2), 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco Coach: Joe Cremona
Referees: Tiziano Petrini, Alex DeRaffaele