Friday, November 15, 2024

Waterpolo; Valletta jegħlbu l-isfida ta’ Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valletta…………………………………. 10

Ta’ Xbiex………………………………… 6

(1-1, 3-1, 3-2, 3-2)

Valletta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 10-6.

Għall-Beltin l-aqwa skorer kien Luca Felice li rreġistra poker personali, waqt li għal Ta’ Xbiex impressjona l-veteran Edward Aquilina li skorja tliet goals.

Fl-ewwel sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’1-1, b’Andrea Agius minn man-up wara li tkeċċa Elijah Schembri jiskorja għal Valletta, waqt li Edward Aquilina, ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li din id-darba tkeċċa Nicholas Farrugia, jwieġeb għal Ta’ Xbiex.

Il-Beltin rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers tagħhom ikunu Luca Felice, Daniel Paolella minn man-up wara li tkeċċa Jayden Cassar u Tristan Said. Elijah Schembri skorja l-uniku goal għal Ta’ Xbiex.

Valletta komplew ikabbru l-vantaġġ meta rebħu wkoll it-tielet sessjoni bil-punteġġ ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Andrea Agius u Luca Felice (2).

Dan sabiex Elijah Schembri minn man-up, wara li tkeċċa Andrea Agius, u Zak Cutajar Licari ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Reinhard Attad irrisondew għal Ta’ Xbiex.

It-team mill-belt kapitali, immexxi mill-coach Joe Cremona, reġa’ rebaħ r-raba’ sessjoni bl-istess skor li bih ttrijonfa fit-tielet waħda jiġifieri dak ta’ 3-2. Għalihom irnexxielhom iniż­żlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Luca Felice minn man-up wara li tkeċċa Jacob Saliba u Michele Mifsud (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Jayden Cassar. Edward Aquilina rreġistra doppjetta personali għal Ta’ Xbiex.

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil, 6-Zachary Micallef, 7-Daniel Paolellla (1), 8-Michele Mifsud (2), 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius (2), 11-Tristan Said (1), 12-Jan Culic, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice (4) Coach: Joe Cremona

Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aquilina (3), 4-Jamie Pace Mizzi, 5-Edawrd Meli, 6-Sam Engerer, 7-Zak Cutajar Licari (1), 8-Jayden Cassar, 9-Elijah Schembri (2), 10-B. Attard Littschaw, 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop, 13-Zac Dzanovic Coach: Zoran Maslovar

Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri

Ekonomija

Sport