Friday, October 25, 2024

Waterpolo: Valletta jiddominaw u jegħlbu lil Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Ta’ Xbiex………………10

Valletta…………………17

(2-5, 2-3, 3-6, 3-3)

Valletta iddominaw u għelbu lil Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 17-10.

Il-Beltin rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, b’goals minn Ivan Nagaev (3), Stephen Micallef u Andrija Vlahovic. Christian Milakovic u Uros Vasic wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Valletta rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Ivan Nagaev u Andrija Vlahovic (2). Uros Vasic irreġistra doppjetta personali għal Ta’ Xbiex.

Valletta trijonfaw ukoll fit-tielet sessjoni b’punteġġ ta’ 6-3, grazzi għal goals minn Ivan Nagaev (3) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty, Stephen Micallef, Andrija Vlahovic u Jayden Cassar. Ryan Mock, Mattias Ortoleva u Nico Schiavone wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Fir-raba’ u l-aħħar sessjoni, irrenja bilanċ assolut, b’din tintemm fi draw ta’ 3-3, bl-iskorers għat-team mill-kapitali jkunu Daniel Rizzo, Kieyan Borg u Julian Chircop. Christian Milakovic u Mattias Ortoleva (2) wieġbu għal Ta’ Xbiex.  

Ta’ Xbiex: 1-Miguel Vassallo, 2-Nico Schiavone (1), 3-Lee Montebello, 4-Luke Grech Carr, 5-Kieran Grech, 6-Ryan Mock (1), 7-Jacob Saliba, 8-Christian Milakovic (2), 9-Uros Vasic (3), 10-Jan Culic, 11-Zion Bartolo, 12-Julian Farrugia, 13-Gianni Galea Curmi, 14-Mattias Ortoleva (3), 15-Kydon Agius Coach: Stephen Rizzo

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo (1), 4-Jayden Cassar (1), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic (4), 7-Daniel Paolella, 8-Ivan Nagaev (7), 9-Stephen Micallef (2), 10-Julian Chircop (1), 11-Kieyan Borg (1), 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco Coach: Joe Cremona

Referees: Ronnie Spiteri, Arnaldo Petronilli

Sport