Minn Cristian Muscat
Valletta……………11
Marsaxlokk………7
(2-1, 3-2, 2-0, 4-4)
Valletta għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor ta’ 11-7 f’logħba pjaċevoli.
Valletta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor strett ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn Nicholas Farrugia u Luke Hyzler. Min-naħa l-oħra, l-uniku goal għax-Xlukkajri wasal minn Luigi Mallia.
Il-Beltin rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bil-punteġġ ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Sebi Busuttil, Daniel Paolella u Andrea Agius. Luke Saliba u Ryan Galea skorjaw ż-żewġ goals għax-Xlukkajri.
It-team immexxi mill-coach Joe Cremona kompla jiddomina u rebaħ it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ Luce Felice u Michele Mifsud.
Fl-aħħar sessjoni rrenja bilanċ assolut hekk kif din intemmet fi draw ta’ 4-4, bil-goals għal Marsaxlokk jaslu minn Enrico Mallia, Cain Cutajar, Ryan Galea minn penalty, u Max Zammit ukoll minn penalty. Sebi Busuttil. Zachary Micallef, Luca Felice u Stephen Micallef wieġbu għat-team mill-belt kapitali.
Ta’ nota huwa l-fatt li żewġ minuti mit-tmiem ta’ din is-sessjoni, Luca Felice, falla penalty għall-Beltin hekk kif ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda.
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia (1), 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler (1), 5-Sebi Busuttil (1), 6-Zachary Micallef (1), 7-Daniel Paolellla (1), 8-Michele Mifsud (2), 9-Stephen Micallef (1), 10-Andrea Agius (1), 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice (2) Coach: Joe Cremona
Marsaxlokk: 1-Sam Mifsud, 2-Russell Spiteri, 3-Cain Cutajar (2), 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit (1), 8-Luigi Mallia (1), 9-Luke Saliba (1), 10-Ryan Galea (1), 11-Julian Valletta, 12-Enrico Mallia (1), 13-Miguel Farrugia, 14-Sean Mifsud, 15-Rainer Scerri Coach: Nenad Navarin
Referees: Fabio Riciotti, Neville Mercieca