Minn Cristian Muscat
Valletta………….13
Otters………………9
(4-2, 2-1, 3-2, 4-4)
Valletta rebħu logħba pjaċevoli u sa ċertu punt bilanċjata meta għelbu lill-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor ta’ 13-9. Għalihom l-aqwa skorer kien Andrea Agius li rreġistra hat-trick personali waqt li għal Otters spikka Luke Grech Carr li skorja xejn inqas minn ħames goals.
Valletta rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals jaslu minn Luca Felice, Stephen Micallef (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Karl Scicluna u Andrea Agius ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Luigi Dimech. Luke Grech Carr minn penalty u Andrew Dimech minn man-up, wara li tkeċċa Kyle Cremona, wieġbu għal Otters.
Il-Beltin ittrijonfaw ukoll fit-tieni sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Andrea Agius minn man-up wara li tkeċċa Matthew Farrugia u Nicholas Farrugia. Luke Grech Carr minn penalty irrisponda għal Otters.
It-team mill-kapitali mmexxi mill-coach Joe Cremona rebaħ ukoll it-tielet sessjoni għal darb’oħra b’distakk ta’ goal iżda din id-darba bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers ikunu Michele Mifsud minn man-up wara li tkeċċa Steve Dimech, Jan Culic u Zachary Micallef minn penalty. Is-solitu Luke Grech Carr irreġistra doppjetta personali għal Otters, bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Sebi Busuttil.
L-aħħar sessjoni pproduċiet xejn inqas minn tmien goals hekk kif din intemmet fi draw ta’ 4-4, bil-goals għall-Beltin jaslu minn Luca Felica, Andrea Agius minn man-up wara li tkeċċa Luke Grech Carr, Reinhard Attard u Michele Mifsud.
Min-naħa l-oħra, il-goals għall-Għawdxin ta’ Otters waslu minn Isaac Azzopardi, Luke Grech Carr, Steve Dimech minn man-up wara li tkeċċa Andrea Agius u Isaac Azzopardi wkoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Luca Felice.
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia (1), 3-Tristan Said, 4-Jan Culic (1), 5-Sebi Busuttil, 6-Zachary Micallef (1), 7-Matthew Pace, 8-Michele Mifsud (2), 9-Stephen Micallef (2), 10-Andrea Agius (3), 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona, 13-Andrea Bugeja, 14-Luca Felice (2), 15-Reinhard Attard (1) Coach: Joe Cremona
Otters: 1-Matthew Xerri, 3-Karl Scicluna, 4-Luke Grech Carr (5), 5-Matthew Farrugia, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi (2), 8-Steve Dimech (1), 9-Luigi Dimech, 10-Simon Apap, 11-Zion Bartolo, 12-Andrew Dimech (1), 13-Giovanni Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef Coach: Paul Dimech
Referees: Fabio Brasiliano, Stefan Licari