Minn Cristian Muscat
Valletta………. 10
Ta’ Xbiex……… 7
(1-1, 3-1, 2-2, 4-3)
Valletta rebħu partita ferm pjaċevoli u bilanċjata meta għelbu l-isfida ta’ Ta’ Xbiex bl-iskor ta’ 10-7, biex komplew jikkonfermaw li tabilħaqq se jkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.
Għalihom spikka Michele Mifsud li rreġistra hat-trick personali, waqt li l-aqwa skorer għal Ta’ Xbiex kien Jayden Cassar li wkoll skorja tliet goals.
L-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 1-1, b’Jamie Pace Mizzi jiftaħ l-iskor għal Ta’ Xbiex waqt li Michele Mifsud ġab l-iskor indaqs għal Valletta.
Il-Beltin rebħu t-tieni sessjoni 3-1, bl-iskorers ikunu Zachary Micallef, Kyle Cremona u Michele Mifsud. Jacob Saliba skorja l-uniku goal għal Ta’ Xbiex.
It-tielet sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2, bil-goals għal Ta’ Xbiex jaslu minn Jayden Cassar u Jacob Saliba minn penalty, filwaqt li Luca Felice u Sebi Busuttil irnexxilehom isibu x-xibka għat-team mill-belt kapitali.
Valletta rebħu r-raba’ bl-iskor ta’ 4-3, bl-iskorers ikunu Michele Mifsud (2) bit-tieni goal tiegħu jasal minn penalty, Keith Galea u Sebi Busuttil. Dan sabiex Jayden Cassar (2) u Zak Cutajar Licari wieġbu għal Ta’ Xbiex.
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil (2), 6-Zachary Micallef (1), 7-Daniel Paolellla, 8-Michele Mifsud (3), 9-Stephen Micallef (1), 10-Andrea Agius, 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona (1), 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice (2) – Coach: Joe Cremona
Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aquilina, 4-Jamie Pace Mizzi (1), 5-Edward Meli, 6-Sam Engerer, 7-Jacob Saliba (2), 8-Jayden Cassar (3), 9-Elijah Schembri, 10-Zak Cutajar Licari (1), 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop, 13-Zac Dzanovic – Coach: Zoran Maslovar
Referees: Federico Braghini, Richard Magri