Marsaskala………………..9
Valletta……………………17
(2-4, 2-4. 2-4, 3-5)
Valletta komplew jikkonvinċu meta għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 17-9.
Il-Beltin rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bil-goals jaslu minn Ivan Nagaev (3) bit-tielet goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Ferenc Salomon u Kieyan Borg ukoll minn man-up wara li tkeċċa Paul Privitera.
Għal Marsaskala wieġbu Jake Ciantar u Tamas Sedlmayer wara li t-tnejn approfittaw miż-żewġ tkeċċijiet tal-player Kieyan Borg.
Valletta rebħu t-tieni sessjoni bl-istess sksor li bih ittrijonfaw fl-ewwel waħda, jiġifieri dak ta’ 4-2, bl-iskorers ikunu Ivan Nagaev (3), bl-ewwel goal jasal minn man-up wara li tkeċċa Tamas Sedlmayer u t-tieni ukoll minn man-up wara li tkeċċa David Pace Lupi u Andrija Vlahovic ukoll minn man-up wara li tkeċċa l-goalkeeper Jurgen Micallef. Paul Privitera minn man-up wara li tkeċċa Andrija Vlahovic u Jake Ciantar ukoll minn man-up wara li tkeċċa Ivan Nagaev skorjaw għall-Iskalin.
U għal darb’oħra, it-tielet sessjoni ntemmet bl-iskor ta’ 4-2 favur Valletta, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Ivan Nagaev (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Kyle Navarro, Jayden Cassar u Andrija Vlahovic. Jake Ciantar u Ferenc Salomon minn man-up wara li tkeċċa Julian Chircop irrispondew għal Marsaskala.
Valletta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Ivan Nagaev (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Andtija Vlahovic (2) u Jayden Cassar. Ferenc Salomon (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa James Spiteri Staines u t-tieni minn penalty, kif ukoll Jean Claude Cutajar wieġbu għal Marsaskala.
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera (1), 5-Raoul Greco, 6-Ferenc Salamon (3), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (3), 12-Mark Carani, 13-Aidan Muscat, 14-Tamas Sedlmayermi (1), 15-Jamie Pace Mizzi Coach: Arpad Babay
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo, 4-Jayden Cassar (2), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic (5), 7-Daniel Paolella, 8-Ivan Nagaev (10), 9-Stephen Micallef, 10-Julian Chircop, 11-Kieyan Borg, 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco Coach: Joe Cremona
Referees: Andrea Zedda, Richard Magri