Wayne Rooney jista’ jingħata l-kariga biex imexxi lit-team ta’ Everton hekk kif il-pożizzjoni ta’ Frank Lampard hija waħda mdendla.
L-eks player tat-Toffees jinsabu fil-lista ta’ kandidati potenzjali biex jieħdu post Lampard wara l-umiljazzjoni ta’ 4-1 kontra Brighton, nhar it-Tlieta li għadda.
Rooney, li lagħab għal Everton f’żewġ avventuri fil-karriera tiegħu, ingħaqad mal-eks coach tal-Belġju, Roberto Martinez li inċidentalment kien il-coach meta Rooney kien qed jilgħab għal Everton.
Iżda Martinez kien l-ewwel minn ħames managers li tkeċċa minn Farhad Moshiri wara li fl-2016 xtara 94% tal-ishma fil-club.
L-eks coach ta Burnley, Sean Dyche, u l-coach attwali ta’ Celtic, Ange Postecoglu, ukoll huma kandidati potenzjali.
Iżda Rooney, li bħalissa huwa l-coach ta’ DC United, jibqa’ l-favorti mal-bord tat-Toffess għax jemmnu li jkun ta’ ispirazzjoni kemm għall-players kif ukoll għall-partitarji.