Birmingham City ħatru lill-eks captain tal-Ingilterra, Wayne Rooney, 37 sena, bħala l-manager il-ġdid tagħhom b’kuntratt ta’ tliet snin u nofs.
Huwa ħa post tal-coach ewlieni tal-Blues, John Eustace, li tkeċċa nhar it-Tnejn wara 15-il xahar fit-tmexxija.
Il-ħatra tal-eks attakkant ta’ Everton u Manchester United hija l-ewwel bidla maniġerjali li saret mis-sidien Amerikani ġodda tal-Blues, Shelby Companies Limited, minn meta ħadu l-club f’idejhom f’Lulju.
Rooney se jkun appoġġat mill-eks sieħbu tal-Ingilterra u l-assistent attwali tal-Ingilterra taħt il-21, Ashley Cole, u l-kollega antik tiegħu tal-United, John O’Shea, li huwa l-assistent coach tal-Irlanda. Carl Robinson u Pete Shuttleworth se jkunu wkoll parti mill-istaff ta’ Rooney wara li t-tnejn kienu miegħu ma’ DC United.
Dan huwa t-tielet impjieg ta’ Rooney fit-tmexxija wara perjodi fil-club tal-MLS u Derby County bl-ewwel logħba tiegħu se tkun f’Middlesbrough fil-21 ta’ Ottubru.
“Wayne huwa persuna b’mentalitá rebbieħa,” qal il-ko-proprjetarju u chairman, tal-Blues, Tom Wagner
“Aħna nemmnu li bl-appoġġ tal-coaching staff tiegħu, il-club, u l-partitarji tagħna, se jmexxi lil Blues ‘il quddiem fl-istadju li jmiss tal-vjaġġ tagħna.