Wednesday, December 25, 2024

Wayne Rooney jirrifjuta li jsir parti mill-istaff tekniku ta’ Erik ten Hag ma’ Manchester United

Aqra wkoll

Wayne Rooney irrifjuta l-opportunità li jsir parti mill-istaff tekniku ta’ Erik ten Hag ma’ Manchester United.

Il-Ħamis filgħodu, il-ġganti tal-Premier League ikkonfermaw li qablu ftehim ta’ tliet snin, bl-għażla tar-raba’ sena, mal-manager ta’ Ajax li jieħu t-tmun tal-club minn Old Trafford mill-istaġun 2022-23 ’il quddiem.

Membri tal-istaff tekniku ta’ Ten Hag se jingħaqdu miegħu biex jagħmlu l-bidla għall-football Ingliż, iżda ġie dokumentat sew li l-manager ta’ 52 sena jixtieq jinkludi lil xi ħadd li diġá għandu għarfien tal-club.

Madankollu, dik il-figura mhux se tkun Rooney, li jingħad li ta tweġiba negattiva meta dan l-aħħar sar kuntatt informali miegħu.

Huwa mifhum li l-leġġenda tal-United, li ilu jsawwar il-karriera maniġerjali tiegħu stess ma’ Derby County, kien iħalli biss l-impjieg attwali tiegħu biex isir manager ta’ xi club ieħor.

Jingħad ukoll li United jinsabu fil-proċess li jaħtru lil Steve McClaren, ex assistant manager tal-United u xi ħadd li hu magħruf minn Ten Hag minn FC Twente.

Ekonomija

Sport