Is-sid ta’ DC United Wayne Rooney jixtieq jieħu lejn l-Istati Uniti lill-attakkant Islandiż Gylfi Sigurdsson. Dan tal-aħħar għandu 33 sena u ilu kważi sentejn ma jilgħab futbol professjonali wara battalja legali fejn ġie akkużat li wettaq vjolenza sesswali fuq minuri.
Minkejja kollox, Sigurdsson dejjem ċaħad dan u dan l-aħħar rebaħ il-battalja legali li kellu.
Issa hu lest li jħalli dan l-episodju warajh u mistenni jibda mill-MLS Amerikana fejn hemm DC United jistennih.
Sigurdsson lagħab ma’ Reading, Hoffenheim, Swansea City u Everton matul il-karriera tiegħu.