Raġel weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:00 p.m kien involut f’inċident f’binja fix-Xatt ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ingliż ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar kien sofra xi ġrieħi wara li ċedew xi xorok.
Tim mediku ta’ l-assistenza tiegħu sakemm ir-raġel seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.