Raġel iddaħħal l-isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m sab ruħu f’diffikultà waqt li kien viċin ir-radar ta’ Ħad-Dingli.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Pollakk ta’ 36 sena residenti l-Gżira kien waqa’ għal ġo trejqa waqt li kien qiegħed jieħu xi ritratti.
Fil-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.