Żewġ persuni kienu mmultati €400 kull wieħed wara li nstabu ħatja li f’okkażjonijiet differenti saqu u pparkjaw vettura mingħajr awtorizzazzjoni fil-Park tal-Majjistral. Ħabbru dan ftit tal-ħin ilu l-Pulizija fuq il-paġna ta’ Facebook ‘The Malta Police Force’.
Bil-għan li tiġi ssalvagwardjata l-bijodiversità tal-park, aċċess u pparkjar mingħajr awtorizzazzjoni fil-Park tal-Majjistral huwa illegali skont L.S 549.83 Art.3(9)(a).