Il-weightlifter Ċiniża, Luo Shifang, stabbiliet tliet rekords Olimpiċi ġodda fit-triqitha lejn il-midalja id-deheb ta’ 59kg tan-nisa.
Hija ddominat għal kollox din il-kompetizzjoni b’refgħa ta’ 107kg snatch u 134kg fil-clean and jerk għal total ta’ 214kg – it-tlieta huma rekords Olimpiċi!
Hija refgħet 5 kilogrammi aktar mill-Kanadiża, Maude Charron, li rebħet il-midalja tal-fidda, filwaqt li l-Ċiniża li rebħet il-midalja tad-deheb f’Tokyo 2020, Kuo Hsing-chun, rebħet il-bronż.