Fi tmiem il-ġimgħa, l-assoċjazzjoni Maltija tal-weightlifting organizzat kompetizzjoni ta’ kwalifika fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Numru kbir ta’ atleti ikkompetew fil-klassifika sabiex iwettqu l-aħjar riżultati personali.
Prestazzjoni impressjonanti waslet mill-weightlifter ta’ 16-il sena, Rylee Borg. L-ex-student tal-NSS għamel wirja kbira hekk kif gћamel l-aqwa lifts personali ġodda kollha ta’ 108kilo fil-snatch u 133kilo fil-clean and jerk fil-kategorija ta’ inqas minn 81kilo. Mhux biss, huwa irnexxielu jikser ir-rekords nazzjonali kollha fil-kategoriji kollha tal-età U-17, U-20 u U23, iżda issa wkoll laħaq it-total meħtieġ biex jikkwalifika għall-Kampjonati Ewropej U-17 ġewwa il-Moldovja u tal-Commonwealth ġewwa l-India.
Tenishia Thornton, li se tikkompeti fil-Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting tal-kbar fil-jiem li ġejjin, kellha kompetizzjoni ta’ taħriġ hekk kif tħejji għall-jum il-kbir tas-17 ta’ April. Hija rnexxielha terfa’ lift impressjonanti ta’ 84kilo fis-snatch, li bħalissa hija 1kilo taħt l-aqwa tagħha. Imbagħad kompliet terfa’ 103kilo fil-clean and jerk, 3kilo biss taħt l-aħjar tagħha fl-64kilo. Hija mistennija tikkompeti fil-kategorija ta’ 59kilo fil-Kampjonati Ewropej fl-Armania, li se jkun avveniment ieħor ta’ Kwalifikazzjoni Olimpika fi triqitha lejn Pariġi 2024.
Kim Camilleri Lagana, li ftit tal-ġimgħat ilu kkompetiet fil-Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħażagħ fl-Albanija, irnexxielha snatch ta’ 56kilo u clean and jerk ta’ 72kilo li huwa total ugwali milħuq.
Vlad Baldacchino kellu l-aqwa prestazzjoni maskili b’mod ġenerali, fejn gћamel rekord nazzjonali ġdid ta’ snatch ta’ 132kilo u clean and jerk ta’ 153kilo fil-kategorija ta’ piż ta’ 102kilo, fejn kiseb 314 punt. Vlad kien segwit mill-atleta żagħżugħ li ssemma qabel Rylee li kiseb 295 punt, u Clive Cassar li rnexxielu jmexxi 256 punt wara li refa’ snatch ta’ 100kilo u clean and jerk ta’ 120kilo fil-klassi ta’ piż ta’ 89kilo
Riżultati konsiderevoli oħra ġew mill-istudent tal-NSS, Nathan Mifsud li jiżen ftit aktar minn 45kilo u tella’ snatch ta’ 49kilo u 60kilo clean and jerk fil-kategorija tal-età taż-żgħażagħ. Luana Vella, li tirrappreżenta CrossFit356, irnexxielha wkoll riżultat rispettabbli hekk kif ittejjeb fuq l-aћjar tagħha għal 63kilo fil-snatch u 76kilo fil-clean and jerk fil-kategorija 59kilo. Monica Swayne (WIT) irnexxielha snatch ta’ 76kilo u clean and jerk ta’ 88kilo fil-kategorija ta’ 76kilo.
L-MWA issa se jkunu qed ikomplu bit-taħriġ tas-soltu tagħhom hekk kif jippreparaw għall-Kampjonati Ewropej tal-kbar flimkien ma’ diversi kampjonati ewlenin oħra li l-atleti qed jimmiraw għalihom din is-sena. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Jesmond Caruana, se jkun qed jassisti lil Thornton fl-Armenja.