Sunday, October 27, 2024

West Ham jiffirmaw lil Edson Alvarez

Aqra wkoll

West Ham iffirmaw lill-midfielder tal-Messiku, Edson Alvarez, mingħand Ajax għal £35 miljun. 

Il-player ta’ 25 sena kien figura ċentrali fit-tim tal-Messiku li rebaħ il-Concacaf Gold Cup fl-Istati Uniti dan is-sajf.

Alvarez huwa l-ewwel akkwist tas-sajf wara t-tluq ta’ Declan Rice ma’ Arsenal għal £105 miljun.

“Huwa mument sentimentali immens għalija fil-karriera tiegħi – hija ħolma għalija u għall-familja tiegħi,” qal Alvarez.

“Il-Premier League huwa kampjonat speċjali, l-aqwa kampjonat fid-dinja u naħseb li l-istil tiegħi se jixraqlu.

“Issa għandi responsabbiltà lejn West Ham u l-partitarji u se nagħti assolutament kollox għall-flokk.”

Il-manager David Moyes żied jgħid: “Aħna tassew kuntenti li nżidu lil Edson mal-iskwadra tagħna. Iż-żona ta’ nofs il-ground kienet waħda li konna speċjalment ħerqana li nsaħħu dan is-sajf – u Edson se jikkumplimenta l-għażliet l-oħra li għandna f’dak id-dipartiment.

“Huwa player internazzjonali ta’ esperjenza, li gawda suċċess kbir kemm għall-club kif ukoll għall-pajjiż matul il-karriera tiegħu sal-lum.”

West Ham qablu ftehimiet ukoll għal Harry Maguire ta’ Manchester United u James Ward-Prowse ta’ Southampton b’valur ta’ madwar £60 miljun.

Sport