Tuesday, September 17, 2024

West Ham iridu attakkant prolifiku ieħor

Aqra wkoll

West Ham United se jkomplu jsaħħu l-attakk tagħhom u wara li ffirmaw lil Niclas Fullkrug mingħand Borussia Dortmund, f’Jannar qed iħarsu lejn skorer prolifiku ieħor. Huma jridu jneħħu żewġ plejers mill-iskwadra tagħhom fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar fejn Michail Antonio u Danny Ings kollha jinsabu jlestu l-bagalji tagħhom. 

Il-kowċ ta’ West Ham Julen Lopetegui tkellem mad-diriġenti tal-Hammers fejn qal li jrid aktar għażliet biex ikun b’saħħtu fl-attakk. S’issa ma ssemma’ l-ebda plejer f’dawn l-aħħar jiem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport