West Ham United identifikaw lid-difensur ta’ Arsenal, William Saliba, bħala mira ta’ prijorità qabel it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf.
Minkejja l-injuries ta’ Angelo Ogbonna u Kurt Zouma, West Ham naqsu milli jakkwistaw difensur ċentrali ġdid f’Jannar, għall-frustrazzjoni tal-manager David Moyes.
Madankollu, il-Hammers diġà qed jippjanaw l-istrateġija tagħhom qabel l-istaġun 2022-23 b’Saliba jidher fost ix-xewqat tagħhom.
Il-club minn Londra huwa lest li joffri lir-rivali tagħhom sa €30m biex jiksbu ftehim għalih.
Għalkemm sewa ħlas simili lura fl-2019, Saliba għad irid jagħmel dehra fl-ewwel team ma’ Arsenal, u minflok kellu perjodi ta’ self ma’ Saint-Etienne, Nice u Marseille.
Il-valur tal-player ta’ 20 sena żdied b’mod konsiderevoli f’dan l-aħħar żmien, b’Marseille jikkonċedu biss 13-il goal fi 22 partita tal-Ligue 1 u qed jisfidaw għat-tieni post wara Paris Saint-Germain.
Rapport aktar kmieni din il-ġimgħa sostna li Arsenal kienu lesti li jagħmlu negozju bil-ħlas li qed jiġi kkunsidrat minn West Ham.