West Ham United qed iqisu li jagħmlu offerta ta’ self għad-difensur ċentrali ta’ Manchester City, Nathan Ake.
Il-Hammers mistennija jibqgħu mingħajr Kurt Zouma sa Marzu minħabba l-injury tal-hamstring li sofra l-Franċiż waqt ir-rebħa ta’ 3-2 kontra Chelsea nhar is-Sibt.
Sadanittant, Angelo Ogbonna se jitlef il-kumplament tal-istaġun b’injury gravi f’irkopptu, u jħallu lil Craig Dawson u Issa Diop bħala l-uniċi żewġ difensuri ċentrali tal-ewwel team fil-klabb.
Il-manager tal-Hammers David Moyes irid iġib difensur ġdid fil-London Stadium matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar, u Ake qed jitqies bħala mira ewlenija.
Il-club mill-kapitali Ingliż qed jittama li jipperswadi lill-player ta’ 26 sena bl-offerta ta’ football regolari, għalkemm diversi timijiet qed jiffaċċjaw battalja biex jikkonvinċu lil Man City biex iħalluh jitlaq.
L-internazzjonali Olandiż sa issa għamel 10 dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha matul l-istaġun 2021-22, inklużi ħames ħarġiet fil-Premier League.