Monday, September 23, 2024

West Ham mhux se jneħħu lill-kowċ Julen Lopetegui

Aqra wkoll

Minkejja bidu mhux daqstant feliċi, West Ham United ħabbru li mhux se jneħħu lill-kowċ Julen Lopetegui minn din il-kariga. S’issa l-Hammers kisbu biss erba’ punti mill-ewwel ħames logħbiet staġjonali u jinsabu fl-14-il post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż.

Lopetegui ilu ma’ West Ham sa mit-23 ta’ Mejju li għadda fejn ħa post David Moyes li tneħħa mill-kariga. Hu sostna li x-xorti mhux qiegħda mat-tim iżda wiegħed li l-affarijiet se jkunu aħjar fil-jiem li ġejjin.

West Ham għadhom ġejjin minn telfa umiljanti ta’ 3-0 f’darhom kontra Chelsea.

West Ham mhux se jneħħu lil Lopetegui minn kowċ

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport