Monday, October 28, 2024

West Ham United jinsistu fuq Ben Chilwell

Aqra wkoll

West Ham United qed jinsistu dejjem aktar sabiex jakkwistaw is-servizzi tad-difensur ta’ Chelsea, Ben Chilwell. Dan tal-aħħar ftit qed jilgħab b’mod regolari mat-tim minn Londra u għalhekk f’Jannar jista’ jkun hemm xi forma ta’ trasferiment.

Chilwell kien diġa’ qed jissemma’ li se jitlaq minn Stamford Bridge iżda għal xi raġuni jew oħra t-trasferiment ma seħħx.

Il-kowċ ta’ West Ham Julen Lopetegui irid lil dan il-plejer sabiex isaħħaħ id-difiża tat-tim tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport