West Ham United mistennija jattivaw estensjoni ta’ sentejn fil-kuntatt ta’ Ben Johnson, biex iwarrbu l-interess minn Arsenal u Tottenham Hotspur.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena stabbilixxa ruħu bħala player regolari tal-ewwel team taħt il-gwida ta’ David Moyes, jikkompeti ma’ Vladimir Coufal fid-difiża fuq in-naħa tal-lemin u jopera wkoll bħala difensur xellugi bħala kopertura għal Aaron Cresswell.
Johnson, li ngħaqad fl-akkademja taż-żgħażagħ tal-Hammers fl-età ta’ seba’ snin, huwa maħsub li ġibed l-għajn tar-rivali ta’ Londra, Arsenal u Spurs, li kienu impressjonati bl-iżvilupp tiegħu matul dawn l-aħħar snin.
Il-full-back fadallu inqas minn ħames xhur fil-kuntratt attwali tiegħu; madankollu, West Ham se jieħdu l-għażla li jestendu l-ftehim tiegħu b’sentejn sas-sajf tal-2024.
Johnson deher f’20 logħba għall-Hammers fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun u jinsab fil-kontestazzjoni li jibda kontra Wolverhampton Wanderers fil-Premier League fi tmiem il-ġimgħa.
Id-difensur qed jittama li jibqa’ fl-ewwel team sabiex iżid iċ-ċansijiet tiegħu li jirċievi l-ewwel sejħa tiegħu mit-team nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena matul ix-xahar id-dieħel.