Hekk kif kollox kien jidher li se jitlaq lil Juventus, il-midfielder Amerikan Weston McKennie mistenni saħansitra jibqa’ jilbes il-flokk iswed u abjad tal-klabb. Wara li fl-istaġun li għadda kien misluf lil Leeds United li ġew relegati, jidher li l-kowċ Massimiliano Allegri sab post għal dan il-plejer fl-iskema tattika tiegħu.
McKennie għandu 24 sena u ma’ Juventus lagħab 50 partita fejn skorja ħames gowls.